Lokali

Toni Abela jammetti li l-affarijiet fil-każ tal-Cafe Premier ma sarux sew

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela ammetta li l-affarijiet fil-każ tal-Cafè Premier ma sarux sew. Qal dan waqt il-programm Newsbook fuq Radju RTK li kien qed jiddiskuti l-etika u t-trasparenza fit-tmexxija.

Imma affaċċjat mill-kritika lejn il-Prim Ministru, li issa ħareġ biċ-ċar li intervjena biex feda d-dejn tal-Cafè Premier u ħallas €4.2 miljun minn flus il-poplu, Toni Abela waħħal fl-amministrazzjoni preċedenti.

Dan minkejja li n-negozjati dwar Cafe’ Premier bdew f’din il-legizlatura, tant li kien Muscat innifsu li ltaqa’ mad-Direttur tal-kafetterija fil-Belt

Dan hu kkonfermat mir-rapport tal-Awditur Generali fejn johrog car li l-iskandlu sehh mill-bidu sal-ahhar f’din il-legizlatura. L-uniku haga li saret qabel l-elezzjoni generali kienu l-laqghat bejn id-Direttur ta’ Cities Entertainment u Joseph Muscat – dakinhar Kap tal-Oppozizzjoni.

Imma fl-intervent tiegħu jidher li Toni Abela nesa dan u nfexx ifaħħar lill-Gvern Laburista, għax skont hu ma qagħadx jiddispra u jikkritika lill-Awditur Ġenerali, li kellu kliem iebes għal kif Gvern Laburista mexa f’dan il-każ, imma ħa nota … u filwaqt li qal li mhux se joqgħod isemmi dak li seħħ fil-passat, kompla bħalma beda l-intervent tiegħu isemmi l-passat u jqabblu ma’ dak tal-lum-il ġurnata.

Kompla li llum-il ġurnata s-soċjeta’ saret iktar sofistikata u l-politiku llum ma jistax jagħmel iktar li jrid, ankè minħabba l-midja soċjali.

Waqt l-istess programm intervjena wkoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi li fakkar li ta’ kuljum l-istorja tal-Cafè Premier qed issir iktar skandaluża.

Dan fid-dawl tal-istorja li toħroġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali li tiżvela li kuntrattur privat kien offra l-istess ammont li ħallas il-gvern biex akkwista l-Cafè Premier.

Min hu dak li qed jipprova jaħbi l-provi? Staqsa Jason Azzopardi, li qal li din hi biss waħda minn ħafna mistoqsijiet li għandhom jitwieġbu dwar dan il-każ.