Għal mument bħal donnu kulħadd nesa’ l-gwerer madwar id-dinja, il-mard, l-epidemiji u l-ħafna kontroversji li naqraw ta’ kuljum fuq livell lokali jew internazzjonali.
Kulħadd jitkellem fuq il-kulur tal-libsa li daret il-midja soċjali bħal Facebook. Saħansitra l-iktar stazzjonijiet tal-aħbarijiet ewlenin madwar id-dinja daħlu fid-dibattitu dwar il-kulur tal-libsa.
Min jara libsa blu bi strixxi suwed, min bajda bi strixxi tad-deheb. Ħadd ma jaqbel dwar il-kuluri li verament għandha l-libsa. Imma għaliex?
Ir-raġuni għaliex min qed jara l-libsa kulur, u min ieħor tinsab fil-fatt dwar kif ġisem il-bniedem hu programmat; fi kliem ieħor, il-mod kif għajnejn u moħħ l-umani żviluppa biex jara l-kuluri skont id-dawl preżenti.
Jidher li r-ritratt ta’ din il-libsa laħqet konfini ta’ perċezzjoni dwar kif l-għajnejn u l-moħħ jaraw il-kuluri.
Fil-verità, il-libsa oriġinarjament hi filfatt blu bi strixxi suwed.
//= $special ?>