Lokali

Argument bejn uffiċjali tas-saħħa u s-sigurta’ u sewwieq ta’ ‘crane’

habta
Incident

Il-Pulizija kellha tintervjeni biex tikkalma argument li nqala’ bejn żewġ uffiċjali tas-saħħa u s-sigurta’ u sewwieq ta’ ‘crane’.

L-argument seħħ f’baċir fl-Isla hekk kif iż-żewġ uffiċjali tas-saħħa u s-sigurta’ marru biex jispezzjonaw il-ħidma tal-‘crane’ u l-apparat li dan juża.

Jidher li s-sewwieq tal-‘crane’ beda jhedded lill-uffiċjali biex ma jtellfuhx minn xogħlu għax inkella kien ħa jiġi fl-idejn.

Il-Pulizija ġew imsejjħa fuq il-post fejn is-sitwazzjoni kkalmat wara ftit ħin.