Raġel spiċċa misruq minn daru stess wara li dan ħareġ biex ma jixtri l-pastizzi.
Informazzjoni li għandu MaltaRightNow tgħid li aktarx ir-raġel m’għalaqx il-bieb sakemm mar jixtri, jew inkella bexxaq biss il-bieb, tant li kien faċli għal persuna mhux magħrufa biex tidħol ġewwa u tisraq xi affarijiet.
Is-serqa seħħet f’residenza fin-Naxxar. Waqt li l-ħalliel kien qed israq xi affarijiet, fosthom mitt ewro fi flus kontanti, f’kamra oħra fl-istess residenza kien hemm persuna oħra; tistenna lir-raġel ġej lura bil-pastizzi.
Malli daħal il-ħalliel, il-persuna li kienet f’kamra oħra fl-istess residenza semgħet xi ħsejjes, u meta din il-persuna marret tiċċekkja, skopriet li kien hemm xi affarijiet neqsin, fosthom mitt ewro fi flus kontanti.
//= $special ?>