“Għaġġilna bħall-fenek.”
Kien b’dan il-kliem li l-Prim Ministru Joseph Muscat ddeskriva l-aġir tal-gvern fl-iskandlu tal-Cafe Premier.
Muscat inqeda bil-ħrafa tal-fenek u l-fekruna biex jitkellem dwar l-iskandlu tal-Cafe Premier, meta kien qed jindirizza konferenza politika fiċ-Ċentru Laburista tal-Ħamrun dalgħodu.
Muscat reġa’ sostna li dan il-każ seħħ fl-ewwel xhur ta’ Gvern Laburista.
Muscat qal dan minkejja li kollox jindika li l-ftehim dwar il-Cafe Premier sar matul il-kampanja elettorali.
Għalkemm Muscat qal li tgħallem mir-rapport tal-Awditur, f’mument minnhom saħansitra qal li għandu dubju dwar uħud mill-konklużjonijiet tiegħu. Dan ħareġ meta Muscat saħaq li “Hemm issues u mistoqsijiet dwar il-konklużjonijiet imma dawk huma issues tekniċi li għandhom ikunu ttekkiljati b’dak il-mod.”
Muscat tkellem ukoll dwar it-traħħis fil-petrol u d-diesel iżda fl-ebda ħin ma qal li dan it traħħis sar bis-saħħa tal-pressjoni li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-imsieħba soċjali li, ingħaqdu mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex isejħu għat-traħħis fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.
Muscat saħaq li dan mhux se jkun gvern arroganti
Madankollu, l-episodju tas-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella li kien mitlub ma jdaħħalx il-mobile miegħu għal-laqgħa li kellu mal-Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja, u l-każ ta’ Justyne Caruana , jixhdu li l-Gvern Laburista ftit li xejn qed iżomm mal-wegħda tiegħu li ma jkunx Gvern arroganti.
//= $special ?>