Lokali

Ħalliel armat b’martell jisraq flus minn ħanut tal-ħelu

Raġel mgħammad u armat b’martell daħal f’ħanut tal-ħelu fi Triq Jerry Zammit, fl-Imsida, hedded lill-kaxxiera u telaq ‘il barra b’ammont ta’ flus li sab fil-cash register.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:30, u fortunatament it-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bil-każ u appunta inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.