Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-MUMENT: Il-Mument illum tkompli bl-investigazzjoni tagħha dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier fejn kollox jindika li kien ftehim fil-kampanja elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013.

KULLĦADD: Il-Kullħadd titkellem dwar ir-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu Fitch u tgħid li kollox jindika li Malta għandha l-ogħla tkabbir ekonomiku.

MALTATODAY: Il-MaltaToday bħala l-istorja prinċipali fil-faċċata tgħid li skond l-istħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa il-vot tal-Le jinstab sebgħa punti perċentwali quddiem il-vot Iva.

IT-TORĊA: It-Torċa illum fil-faċċata għandha storja dwar l-Arċisqof Elett Charles Scicluna fejn jitkellem dwar id-djalogu u l-persważjoni.

ILLUM: L-Illum titkellem dwar l-apoloġija ta’ Michael Falzon dwar l-iskandlu tal-Iswissleaks u tgħid li din l-apoloġija niżlet tajjeb ma’ l-opinjonisti politiċi.

THE SUNDAY TIMES OF MALTA: Is-Sunday Times titkellem dwar l-allegat każ ta’ DJ Joel Caruana li qiegħed jorganizza parties kontroversjali f’Paceville.

THE MALTA INDEPENDENT: The Malta Independent fil-faċċata titkellem dwar l-iskandlu tal-Iswissleaks u allegat evażjoni tat-taxxa.