Wara xhur sħaħ ta’ serq sfaċċat li fihom, l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ġew misruqa kull darba li jmorru jimlew il-vetturi tagħhom bil-petrol u d-diesel, fl-aħħar – għalkemm tard – tħabbar li se minn għada se jidħlu fis-seħħ prezzijiet ġodda.
Il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ilhom mis-sena li għaddiet iħallsu fost l-ogħla prezzijiet għall-petrol u d-diesel fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewopea. Kulhadd jiftakar lil Joseph Muscat u lil Konrad Mizzi jgħidu li ma setgħux iraħħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel minħabba ftehim li daħlu fih u li jibqa’ sejjer sa Marzu li ġej.
Dan jikkonferma kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kellu raġun u kienet il-pressjoni li għamel hu li wassal għar-roħs fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li r-roħs li sar ix-xahar li għadda, sar biss ftit siegħat wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ltaqa’ mal-imsieħba soċjali. Did-darba, iffaċċjat mill-iskandlu tal-Cafe’ Premier, li fih hemm involut hu b’mod personali, u minn pressjoni li kompliet tagħmel l-Oppożizzjoni sa nhar il-Ġimgħa li għadda, Muscat ħabbar roħs ta’ tliet ċenteżmi.
L-aktar ħaġa ironika hi li biex iħabbar dan ir-roħs, Muscat irrikorra għal ġo Każin Laburista, biex jassigura li jkollu l-attivisti Laburisti jċapċpulu. Minn naħa l-oħra, l-ġurnalisti mhux jitħallew jagħmlulu mistoqsijiet dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier għaliex Muscat mhux jidher imkien.
Flok jindirizza l-attivisti Laburisti, l-poplu Malti u Għawdxi kien qed jistenna lil Muscat jinawgura l-PowerStation il-ġdida li tant tkellem dwarha u tant wiegħed li se jlesti sal-ġimgħa li għaddiet. Muscat, iżda ma jwettaqx dak li wiegħed. Xhud ta’ dan huma l-ħaddiema tal-Enemalta li jinsabu ffaċċjati b’inċertezza dwar il-futur tagħhom.
//= $special ?>