Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ sgass ġo kamra f’għalqa minn fejn insteraq verdun li kien ġo gaġġa. Apparti minn hekk insteraq ukoll qattus li kien f’din l-istess kamra.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata b’rapport li persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu ġo kamra f’għalqa privata minn fejn insterqu dawn l-annimali.
L-għalqa tinsab fl-inħawi ta’ Wied iż-Żurrieq fiż-Żurrieq. MaltaRightNow.com jinsab infurmat ukoll li min daħal biex jisraq, qalleb il-kamra kollha qabel ma telaq minn fuq il-post bil-verdun u l-qattus misruqa.
//= $special ?>