Kurżitajiet

L-aktar klieb popolari għall-2014 fl-Istati Uniti

Il-Labrador retriever hu l-aktar kelb popolari, skont l-‘American Kennel Club’ li għadu kemm aġġorna l-lista annwali tal-aqwa razzez.

Il-lista tal-‘Aqwa Għaxar Klieb’ għall-2014 huma:

1) il-Labrador retriever;

2) il-German shepherd;

3) il-Golden retriever;

4) il-Bulldog;

5) il-Beagle;

6) il-Yorkshire terrier;

7) il-Poodle;

8) il-Boxer;

9) il-French bulldog;

10) ir-Rottweiler

Il-kelb tar-razza French bulldog daħal mal-Ewwel Għaxra għall-ewwel darba mill-era 1910-1920 (ir-razza partikolari kienet stabbilita fil-11 il-post tal-lista fl-2013). Intant kellu ‘jċedi postu’ d-dachshund, li kien fl-10 post tal-lista għall-2013.

Diversi razzez oħra ta’ klieb li qed iżidu fil-popolarita (iżda li huma ‘l bogħod mill-aqwa għaxra) jinkludu l-klieb ‘Havanese’ (il-kelb nazzjonali ta’ Kuba) u l-‘border collie’. Intant d-dilettanti tal-klieb qed jinteressaw ruħhom dejjem aktar fil-klieb tar-razza ‘Nova Scotia duck tolling retriever’ li l-‘American Kennel Club’ ilu jirrikonoxxi biss mill-2003.