Fl-okkażjoni tas-‘Self-harm Awaraness Day’, l-MŻPN appellat lill-awtoritajiet sabiex iqajjmu iktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni ta’ ċertu żgħażagħ li jagħmlu ħsara fiżika fuqhom infushom.
L-MŻPN qalet li din il-problema hija aktar komuni fost iż-żgħażagħ minn kemm hu maħsub fis-soċjeta’ Maltija, filwaqt li hemm bżonn ta’ aktar għarfien u kuxjenza permezz tal-edukazzjoni fl-iskejjel kif ukoll barra mill-iskejjel.
Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum, l-MŻPN qalet li l-awtoritajiet għandhom jgħinu lil dawk kollha li jsofru minn din il-kundizzjoni, fosthom billi dawn jiġu mgħejjuna jgħelbu n-nuqqas ta’ kunfidenza li jkollhom.
‘Self-harm Awareness Day’ għandha tkun ġurnata sabiex titqajjem ukoll kuxjenza dwar servizzi li jeżistu sabiex tingħata għajnuna għal min ikollu bżonna.
L-MŻPN temmet tgħid li ma jistax ikollna żgħażagħ li meta jsibu ruħhom f’xi diffikulta’, jaħsbu li qed jaqdfu weħidhom, filwaqt li tenniet li għandha ssir ħidma fuq kwistjonijiet bħal dawn u mhux jinħbew bil-konsegwenza li min għandu bżonn l-għajnuna jispiċċa jinħeba.
//= $special ?>