Lokali

Mil-lum bdejt titlef il-flus ma’ kull top up

Hekk kif tħabbar fil-baġit li għadda, mil-lum l-1 ta’ Marzu kull min jagħmel top up tal-mobile tiegħu beda jħallas taxxa ġdida ta’ 4%.

Filfatt min xtara card tal-mobile llum beda jirċievi messaġġ li jinfurmah li mis-somma li ħallas tilef ammont li jvarja skont kemm kien it-top up tiegħu.

Din il-miżura ġdida tolqot lill-kumpaniji tat-telefonija kollha lokali. Dan għaliex ġiet imposta mill-Gvern, u mhix deċiżjoni tal-kumpaniji nfushom.