Lokali

Priġuniera tinstab fiċ-ċella tagħha mitlufa minn sensiha

Priġuniera fit-Taqsima tan-Nisa fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin instabet mitlufa minn sensiha fiċ-ċella tagħha.

MaltaRightNow hu nfurmat li l-priġuniera kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.

Aktarx, il-mara għal xi raġuni intilfet minn sensieha meta kienet fiċ-ċella tagħha, bil-konsegwenza li waqgħet mal-art u ħabtet rasha. Hi nstabet mitlufa minn sensiha minn uffiċjali tal-ħabs.

Il-priġuniera aktart tard ġiet ritornata fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.