Lokali

Sitwazzjoni umiljanti għal priġunieri

Il-priġunieri li jinstabu fil-Faċilita’ Korettiva ta’ Kordin b’mod partikolari dawk f’diviżjonijiet 11, 12 u 13 bħalissa qegħdin jiffaċjaw sitwazzjoni deskritta minn ħafna bħala waħda umiljanti. Dan hekk kif tul dawn l-aħħar għaxar t’ijiem l-awtoritajiet ma’ xelgħux l-apparat meħtieġ sabiex isaħħan l-ilma b’riżultat li l-priġunieri spiċċaw l-anqas jistgħu jinħaslu minħabba li l-ilma huwa insapportabbli.

L-awtoritajiet jidher li qegħdin jgħidu lil priġunieri li din hija miżura biex jiffrankaw d-diesel.