Lokali

Splużjoni ta’ murtal ma’ bieb ta’ garaxx – aktarx b’vendikazzjoni

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li fih, murtal ħa n-nar u sploda barra residenza fil-Gudja.

MaltaRightNow jinsab infurmat li l-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija meta aktarx tpoġġa murtal minn persuna jew persuni mhux magħrufa ma’ bieb ta’ garaxx, li jagħmel parti minn ‘residenza’ fil-Gudja.

Fil-ħin tal-isplużjoni kien hemm raġel jagħmel xi xogħol fil-garaxx, madanakollu ma sofra l-ebda ġrieħi, għajr il-qatgħa li ħa fil-ħin tal-isplużjoni.

L-anqas ma saru ħsarat strutturali kbar.

Hu suspettat li dan il-murtal tpoġġa minn xi persuna b’mod intenzjonat. Din mhux l-ewwel darba li s-sid ta’ din ir-residenza sab li kienu sarulu xi vendikazzjonijiet mal-artijiet li għandu.

Il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet.