Marsaxlokk Fischer……..16
Ta’ Xbiex Amigos…………6
(3-1),(4-0),(3-4),(6-1)
Marsaxlokk fetħu l-impenji fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa faċli 16-6 kontra Ta’ Xbiex Amigos. Kif jixhed ir-riżultat Marsaxlokk kien jimmeritahom il-massimu tal-punti b’dominanza fl-ilma speċjalment fl-ewwel parti tal-logħba b’Claudio Spiteri jispikka meta skorja tmien gowls, ħamsa minnhom fl-ewwel żewġ sessjonijiet.
Ta’ min jinnota wkoll in-numru ta’ veterani li kellhom ix-Xlukkajri b’ritorn fl-ilma għal Timmy Camilleri, Christian Gialanze u John Xerri de Caro. Għal Ta’ Xbiex kienet wirja fqira u sabuha diffiċli jesprimu ruħhom b’diversi żgħażagħ għad-dispożizzjoni tal-kowċ il-ġdid Keith Grima Scott.
L-unika sessjoni li Ta’ Xbiex żammew mal-avversarji kienet fit-tielet sessjoni, bix-Xlukkajri jiddominaw is-sessjonijiet kollha biex kisbu rebħa faċli.
Marsaxlokk: A. Xuereb, C. Spiteri Debarro (8), A. Galea, C. Gialanze (1), C. Bugeja, T. Camilleri, N. Portelli (2), R. Scerri (3), J. Xerri de Caro (2), J. Cremona
Ta’ Xbiex: J. Micallef, K. Grima Scott, L. Calleja, A. Bajada (1), J. Gauci, K. Mock (3), S. Aquilina, J. Galea (2), R. Greco, L. Pace, P. Micallef
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
//= $special ?>