Lokali

Waterpolo: Tirbaħ l-esperjenza

Marsascala ASC …………10
Otters Nivea……………….4
(1-0),(3-2),(3-0),(3-2)

Marsascala wkoll kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lit-tim Għawdxi Otters 10-4. It-tim ta’ Pierre Borg kienu superjuri għall-avversarji bl-esperjenza tagħmel differenza fil-partita. Dan għaliex Otters bdew paġna ġdida hekk kif għajr il-gowlkiper Reuben Bonnici, tneħħew il-veterani kollha u bdew tim ġdid b’diversi plejers żgħażagħ b’Christophe Martin ikun il-kaptin il-ġdid.

Minkejja t-telfa, wieħed għandu jammira l-kurraġġ ta’ Otters li jagħtu spazju liż-żgħażagħ bil-għan li jieħdu l-frott fil-futur. Għal Marsaskala għamel ir-ritorn il-gowlkiper Keith Schembri.

Marsascala dejjem kienu aħjar mill-avversarji u irnexxilhom jirbħu s-sessjonijiet kollha minkejja d-differenza minima b’Marsascala jiddominaw it-tielet sessjoni bi tliet gowls mingħajr risposta u spiċċaw it-tielet sessjoni b’ħames gowls distakk u komplew jamministraw l-aħħar sessjoni għal rebħa 10-4.

Marsascala: K. Schembri, J.C. Cutajar (3), M. Pace, C. Bonello (1), L. Grixti (2), J. Busuttil, S. Micallef (1), K. Navarro (1), D. Cassar (1), C. Mifsud (1), F. Buhagiar

Otters: R. Bonnici, A. Cachia, A. Camenzuli (1), J. Theuma, A. Borg, E. Pace Bonello, N. Camenzuli, M. Borg Millo, M. Dimech, D. Borg Millo (2), C. Martin (1), J. Galea, P. Theuma

Referees: Peter Balzan, Peter Giordano