CNN talab skuża wara żball tekniku li wasslu biex uża ritratt ta’ Vladimir Putin waqt storja fl-aħbarijiet dwar l-identità vera ta’ “Jihadi John”.
L-iżball sar hekk kif il-korrispondent ta’ CNN minn Londra, Max Foster, kien qed jitkellem dwar id-destin tal-ostaġġi tal-ISIS u l-possibiltà ta’ “Jihadi John”, identifikat il-ġimgħa li għaddiet bħala Mohammed Emwazi, li jiffaċċja l-ġustizzja. Fuq l-iskrin tat-televiżjoni deher ritratt tal-President Russu għal ftit sekondi sakemm tneħħa, waqt li l-korrispondent kien qed jitkellem dwar it-terroristi.
L-iżball “inqabad” mix-xandir tal-istat Russia Today li ddeskrivih bħala l-aħħar żball tal-aħbarijiet Amerikani waqt li identifika żbalji li jsiru minn żmien għal żmien fuq l-istess stazzjon, fejn jidħlu l-mapep ta’ pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa.
Kelliem għal CNN talab apoloġija għall-iżball li sar minħabba s-server tal-filmati. Qal li r-ritratt ta’ Putin kien hemm minħabba s-servizz tal-aħbarijiet li kien imiss wara dak b’rabta mal-Istat Iżlamiku.
//= $special ?>