ELSA Malta bl-ewwel ‘app’ b’xejn biex tittraduċi termini legali
Qatt inzertajt xi kliem tekniku legali bl-Ingliż jew bil-Malti u ma kontx taf xi jfisser? L-għaqda tal-istudenti ELSA Malta ħabbret li se tkun qed tniedi l-ewwel ‘app’ f’Malta li se tipprovdi servizz ta’ traduzzjoni ta’ termini legali mill-Malti għall-Ingliż u mill-Ingliż għall-Malti.
Fi stqarrija, ELSA Malta qalet li l-ħsieb wara din l-‘app’ hu li toffri servizz mhux biss lil studenti tal-liġi u esperti legali fl-istudji u l-ħidma tagħhom, iżda wkoll lil kull min mhuwiex involut fil-qasam legali, iżda li jkollu diffikulta’ li jifhem ċertu termini legali.
ELSA Malta qalet li l-użu tajjeb ta’ kliem tekniku huwa partikolament indispensabbli fl-istudji u r-riċerka tal-istudenti tal-liġi, u li wieħed ikollu din il-gwida fil-but tiegħu se tiffaċilita’ traduzzjonijiet kumplessi li żgur se jiltaqa’ magħhom fil-futur.
L-‘app’, l-unika waħda tat-tip tagħha fis-suq lokali, se tkun disponibbli kemm fuq il-‘Google Play’ kif ukoll fuq l-‘App Store’ u se tkun tista’ titniżżel fuq l-ismartphones fi żmien qasir.
//= $special ?>