Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum it-Tnejn, 2 ta’ Marzu.

IN-NAZZJON jirrapporta l-kummenti li għadda lbieraħ Simon Busuttil dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier li fih “xamma ta’ korruzzjoni”. L-istess ġurnal għandu storja dwar in-numru ta’ drones li qed “jinvadu” l-gżejjer Maltin.

THE TIME OF MALTA b’ritratt li juri l-protesti li saru f’Moska kontra Vladimir Putin.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-Gvern għandu jerġa’ jwaqqaf l-SAG, fid-dawl tat-theddida tal-ISIS fuq il-Mediterran. L-istess ġurnal għandu storja dwar il-promozzjonijiet fl-Armata fejn naqraw illi l-Ministeru tal-Intern għadu qed jirrifjuta milli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman.

L-ORIZZONT jippubblika ritratt tal-Arċisqof Elett Mons. Scicluna waqt żjara li għamel fid-Dar tal-Providenza.