Mietu tal-anqas żewġ persuni, u aktar minn 30 indarbu, wara li numru ta’ missili laqtu z-zoni residenzjali ta’ Bengażi li hi t-tieni l-akbar belt tal-Libja.
Dan seħħ waqt il-ġlied bejn il-gruppi rivali armati li qed jissieltu għall-kontroll tal-belt u waqt li qed ikompli l-konflitt bejn il-Gvern Libjan ta’ Tobruk li jgawdi l-għarfien internazzjonali u l-Amministrazzjoni rivali ta’ Tripli li għandha l-appoġġ tal-gruppi Iżlamiċi.
Fil-konflitt qed jispikkaw ‘il-konfederazzjonijiet’ tal-brigati ribelli li ftit tas-snin ilu kienu qed jiġġieldu kontra l-eksdittatur Libjan, Muammar Gaddafi.
Fl-istess ħin, fil-belt ta’ Bengażi għaddejja battalja qalila bejn il-qawwiet tal-eks-Ġeneral tal-Armata, Khalifa Haftar, li ddikjara gwerra fuq il-militanti Iżlamiċi, u alleanza ta’ militanti u eksġellieda ribelli.
//= $special ?>