Għawdex Lokali

Inawgurat iċ-Ċentru Ċiviku ta’ Kerċem

Il-Ħadd infetaħ uffiċjalment iċ-ċentru ċiviku f’Ta’ Kerċem. Dan iċ-ċentru ġie uffiċjalment inawgurat mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u mbierek mill-Isqof t’Ghawdex Mons. Mario Grech.

Il-bini taċ-ċentru ċiviku f’Ta’ Kerċem huwa rigal ieħor lir-residenti ta’ Ta’ Kerċem. Fih wieħed isib il-kunsill, il-berġa u l-librerija li diġà bdew joperaw.

Fid-diskors tiegħu is-sindku tal-lokal Mario Azzopardi qal li x-xogħol fuq iċ-ċentru ċiviku ma kienx wieħed faċli. Tliet snin ilu bħala amministratura ġdida, il-kunsill ried jaħdem bis-sħiħ sabiex dan il-proġett jitlesta. Ma kienx proġett faċli, imma bl-għajnuna ta’ ħafna dan irnexxa. Dan iċ-ċentru mhux biss għandu jservi bħala amministrazzjoni lokali imma bħala t-tieni d-dar għan-nies tar-raħal.