Żgur li l-iskandlu tal-Premier li ddomina l-aħbarijiet din il-ġimgħa kien wieħed mill-aktar oxxeni fis-sentejn li ilu fil-Gvern il-Partit Laburista.
Il-poplu Malti jistaqsi, kif jista jkun li Prim Ministru li jkun għadu kif tela fil-Gvern isib il-ħin biex jiltaqgħa ma mprenditur privat li fallilu n-negozju u miegħu jiftiehem li jħallaslu d-djun kollha, inkluz lil tal-ħobz biex jaqalghu mill-ħama?
Kif jista jkun li tħallas 4.2 miljun Ewro ta’ sit li hu proprjeta tal-Gvern u li ma kienetx qed titħallas il-kera fuqu meta dan stajt tieħdu lura bla flus?
Kif jista jkun li l-Prim Ministru jgħidilna li għamel deal tajjeb għax irkupra miljun ewro li kellu jieħu l-Gvern meta biex għamel hekk ħallas 4.2 miljuni?
Kif jista jkun li tħallas 210,000 Ewro f’commission għal post li kellek tieħu lura bi dritt?
Kif jista jkun li għall- Prim Ministru qisu xejn mhu xejn?
Il-Kap tal-Oppozizzjoni kellu kull raġun jgħid li dan il-kaz fih riħa ta’ korruzzjoni aktar u aktar meta sirna nafu li Muscat iltaqgħa mas-sid tal café premier qabel l-elezzjoni u eżatt l-għada tal-elezzjoni dan il-ħanut jagħlaq il-bibien tieghu.
Il-poplu għandu dritt li jingħata tweġiba sodisfaċenti.
//= $special ?>