Il-poplu fl-Estonja ta mandat ġdid lill-Partit Riformista taċ-Ċentru Lemin fl-elezzjonijiet parlamentari li saru taħt id-dell tal-inkwiet fl-Ukrajna.
Il-Partit Riformista hu qrib ħafna l-Punent u l-Kap, Taavi Roivas (ritratt) – li għandu 35 sena u li hu l-iżgħar Prim Ministru fl-Ewropa – issa qed jaħseb biex jifforma koalizzjoni ġdida fil-Parlament ta’ Tallinn.
Il-partit ta’ Roivas kiseb madwar 28 fil-mija tal-appoġġ popolari biex jegħleb lill-Partit taċ-Ċentru; l-akbar rivali u sostenitur tar-Russja, li kiseb 24.8 tal-vot.
Roivas hu l-iżgħar Prim Ministru fl-Ewropa
B’hekk il-Partit Riformista issa għandu 30 siġġu fil-Parlament ta’ 101 deputat kontra s-27 għall-Partit taċ-Ċentru. Intant, Taavi Roivas jeħtieġ jespandi l-koalizzjoni mal-Partit Soċjal-Demokratiku, is-‘sieħeb żgħir’ tal-partit fil-Gvern, biex jikseb il-maġġoranza fl-Assemblea. Fl-istess ħin, Roivas mhux se jipprova għal ftehim mal-Partit taċ-Ċentru, li għandu l-akbar appoġġ minn fost il-minoranza fl-Estonja li titkellem bir-Russu.
//= $special ?>