Omm li b’kuraġġ marret fil-bażi tal-ISIS f’Mosul, l-Iraq, biex tfittex lil binha li kien inħataf mill-militanti, ġiet infurmata li fl-ikel li offrewlha u kielet kien hemm fdalijiet ta’ binha mbiċċer.
Din l-istorja kienet żvelata minn Yasir Abdulla, missier li ngħaqad mal-forzi kontra l-ISIS meta sar jaf b’din l-istorja.
F’intevista lil The Mirror, Abdulla rrakkonta kif il-militanti Iżlamiċi stiednu lill-omm tiekol xi ħaġa minħabba li kienet għamlet vjaġġ twil biex waslet sa Mosul. Hi aċċettat u offrewlha platt soppa, ross imsajjar u laħam.
Hekk kif il-mara kielet, hi talbithom tara lil binha, imma l-militanti nfaqgħu jidħqu u nfurmawha li kienet għadha kif kilitu.
//= $special ?>