L-Editur Maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan ma riedx jikxef is-sors ta’ min tah l-informazzjoni fuq allegazzjonijiet li huwa għamel fuq l-Ispettur Elton Taliana meta mistoqsi mill-Avukat tal-Uffiċjal tal-Pulizija. Dan ħareġ meta fil-Qorti bdiet tinstema’ x-xhieda fil-kawża ta’ libell li fetaħ l-Ispettur Elton Taliana kontra Balzan dwar artiklu bit-titlu “Police inspector in wrongful prosecution was investigated over 2007 arson” li deher fil-21 ta’Awissu 2013.
Fix-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale Saviour Balzan qal li hu kien avviċinat minn persuna li qaltlu li l-Ispettur Taliana fil-ħajja personali tiegħu kellu relazzjoni ma’ persuni li jdaħħlu l-armi u jmexxu l-prostituzzjoni.
Balzan iddeċieda li jkellem lill-Kummissarju ta’ dak iż-żmien John Rizzo.
Balzan qal ukoll li qabel ma kellem lis-Sur Rizzo, s-Surġent Taliana kien qed jiġi investigat u nterrogat fid-depot fuq il-ħruq tad-dar ta’ Balzan fl-2006.
In-nota tgħid li mhemmx provi dwar dawn il-konnesjonijiet. Waqt il-kontro eżami Balzan kien mistoqsi jekk is-sors hux il-mara ta’ Taliana, Balzan wieġeb li mhux ser jikxef s-sors. L-Avukat Zammit Maempel, li qed jidher għal Taliana qal li dawn l-allegazzjonijiet huma paranojja ta’ Balzan. Il-każ ikompli.
//= $special ?>