Internazzjonali

Offensiva kontra l-ISIS fl-Iraq

L-Armata tal-Iraq appoġġjata minn ġellieda kemm Sunniti kif ukoll Xiiti taw bidu għal offensiva biex jieħdu l-kontroll ta’ Tikrit, il-belt fejn kien trabba Saddam Hussein u li tinsab f’idejn l-ISIS.
Tikrit tinsab 150 kilometru mill-kapitali Bagdad u ilha f’idejn l-ISIS minn Ġunju tas-sena li għaddiet. Hu maħsub li l-offensiva kontra Tikrit tifforma parti minn offensiva akbar li fiha l-Gvern ta’ Bagdad se jipprova wkoll jieħu l-kontroll ta’ Mosul u bliet ewlenin oħra fl-Iraq minn idejn l-ISIS.