Newsdesk

Simon Busuttil waqt Newsdesk fuq Radio 101

Il-mistieden tat-Tlieta waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101 immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se jkun il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Oppozizzjoni Dr. Simon Busuttil.

L-iskandu tal-Cafe’ Premier se jkun fost id-diversi temi li se jiġu diskussi, flimkien mat-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista, l-inċertezza tal-ħaddiema tal-Enemalta u l-Kunsill Ġenerali tal-PN li se jsir nhar il-Ħadd illi ġej.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101.