Internazzjonali

Tiżba’ l-qattusa roża … u tmut ivvalenata

Il-qattusa tal-awtriċi Russa Elena Lenina mietet ivvelenata wara li sidtha ddeċidiet li tiżbagħha roża għal festin li attendiet għalih f’Settembru li għadda.

Imma minn dakinhar saħħet il-qattusa bdiet sejra lura sakemm finalment mietet kawża ta’ velenu fid-demm tagħha.

Hekk kif spiċċa l-festin, Lenina għaddiet il-qattusa għand sid ġdid u issa qed tgħid li kienet b’saħħitha u kuntenta sa dak il-ħin.

Wara l-kritika li rċeviet, Lenina qalet li skont il-veterinarju, il-prodott użat ma’ jagħmilx ħsara lill-annimali u ntagħżel apposta għax ifejjaq u jsaħħaħ il-pil tal-qtates.