Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com jidher li fis-sigħat li ġejjin se jitħabbar li l-Isptar St.James se jinbiegħ lil kumpanija Amerikana.
Illejla it-tabib Josie Muscat sejjah laqgħa għat-tmexxija u l-uffiċjali għoljin ta’ Capua St James u għarrafhom li l-binja Capua u l-isptar St. james inbiegħu lill-kumpanija Amerikana.
Jirrizulta li Dr. Muscat se jzomm l-isptar ta’ Ħaż-Żabbar, iżda minħabba li biegħ l-isem tal-kumpanija, l-isem se jinbidel minn St. james għal Sptar Santa Marija.
L-isptar St. James f’Malta beda jopera fl-1996 u fl-2002 sar parti minn St.James Hospital Group, kumpanija li kellha sptarijiet f’Malta, fil-Libja u fl-Ungerija.
Fil-ġimgħat li għaddew, minħabba s-sitwazzjoni ħażina fil-Libja, l-Isptar St.James f’dan il-pajjiż kellu jingħalaq u ġew evakwati l-ħaddiema.
L-isptar f’Tas-Sliema li se jinbiegħ lill-kumpanija Amerikana fih 80 sodda, u l-binja tal-isptar, il-Palazz Capua, inbena 200 sena ilu.
Għad mhux magħruf kif dan l-iżvilupp fl-ikbar sptar privat f’Malta se jaffettwa lill-ħaddiema.
//= $special ?>