Internazzjonali

Traġedja oħra fil-Mediterran

Għaxar immigranti tilfu ħajjiethom wara li l-lanċa tagħhom inħakmet mill-mewġ barra l-kosta Libjana. Dawn kienu abbord lanċa bi 121 persuna abbord. B’kollox waqt ħidma ta’ 24 siegħa tal-forzi tas-sigurta Taljani matul il-ġurnata kienu salvati 941 immigranti f’ibħra barra l-Libja. Uffiċjali Taljani qalu li b’kollox hemm seba’ interventi minħabba immigranti f’ibħra bejn Sqallija u l-Libja.