Kultura Kummerċ Lokali

Awgurat id-db Seabank Entertainment Complex

Id-db Seabank Entertainment Complex ħabbret investiiment ta’ miljun ewro li jinkludi aktar faċilitajiet għar-residenti tal-lukanda u anke għal dawk li jagħżlu li jżuruha.

Id-db Seabank Entertainment Complex issa għandu tlett restaurants ġodda, bowling alley, clubs għat-tfal u faċilitajiet fejn wieħed ikun jista’ jara l-isport li jrid.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar dan l-investiment, il-General Manager, Hubert Debono qal li fl-aħħar xhur db Seabank Resort and Spa rnexxiela tikseb suċċess kbir partikolarment li l-kumpanija rnexxiela fuq livell Ewropew tikseb it-tmien post fuq is-sit elettroniku Trip Advisor fejn jidħol is-servizz ta’ All Inclusive Hotel.

It-tmexxija ta’ din il-kumpanija rringrazzjat lill-ħaddiema tagħha talli emmnu fl-istrateġija tal-amministrazzjoni biex il-lukanda tibqa’ tagħmel suċċess.