Darren Aquilina ta’ 30 sena minn Ta’Xbiex ġie kundannat disa’ snin ħabs u mmultat €23,000 wara li ammetta flok għadda ġuri li tmien snin ilu flimkien ma’ Sqalli minn Katanja Alberto Bafumi ta’ 32 sena, li wkoll kien mar disa’ snin ħabs, ittraffika kważi kilo droga kokaina.
Aquilina ammetta quddiem l-Imħalelf Michael Mallia li bejn Jannar u Frar tal-2007 Bafumni li ammetta l-każ tiegħu f’Jannar tas-sena l-oħra u Darren Aquilina ftehmu li jibdew jinnegozjaw illegalment d-droga kokaina. Il-pjan tagħhom kien li Darren Aquilina kellu jġib il-flus biex li Sqalli jġiblu d-droga mingħand barrani għal prezz ta’ madwar €50,000 u dan dejjem bl-iskop li istess ammont konsiderevoli ta’ droga tigi traffikata Malta.
Fil-fatt fl-1 ta’ Frar 2007 it-tnejn kienu f’appartament ġewwa San Giljan meta Aquilina ta l-flus lil Bafumi u dan mar jixtri 79 kapsula mimlija kokaina biex tiġi traffikata. Id-droga kienet tħalliet fl-istess appartament li huma t-tnejn kellhom iċ-cavetta tiegħu.
Kien spjegat waqt il-proċeduri u l-investigazzjoni li t-tnejn kellhom fil-pusses tagħħom 955.811 grammi tad-droga kokainau dan bil-ħsieb li jbiegħu l-istess droga li ma kienitx mhux għall-uħu esklussiv taghhom.
Fil-proċeduri l-ex Spettur tal-Pulizija Norbert Ciappara, illum Assistent Kummissarju kien qal li Aquilina u li Sqalli kienu deheru suspettużi mal-Pulizija meta kienu għaddejjin bil-karozza minn San Ġiljan. Il-karozza tagħhom kienet ġiet interċettata u saret tfittxija fiha.
Kienu nstabu mazz ċwievet li kienu tal-entrata tal-appartament ta’ San Ġiljan fejn kienu hemm li nstabu d-97 kapsola bil-kokaina. Id-difiża qalet li kien li Sqalli l-moħħ wara l-moħħ ta’ din l-operazzjoni u saret talba biex il-piena tkun anqas minn dak ta’ Bafumi.
Il-Qorti qalet li ma taħsibx li dan l-argument għandu jirnexxi. Dan il għaliex kemm Bafumi kif ukoll Aquilina kienu akkużati bl-istess reati fosthom dik ta’ assoċjazzjoni sabiex jimpurtaw id-droga. Jekk Bafumi forna d-droga, Aquilina aċċetta illi jkun parti minn din l-assoċjazzjoni.
Ghalhekk la kien hemm ftehim bejniethom u kien hemm ukoll ftehmu dwar kif kellha tiġi mwettqa dik l-operazzjoni, għalhekk għall-fini tal-assocjazzjoni dan ir-reat huwa ppruvat kemm fil-konfront ta’ Bafumi kif ukoll fil-konfront ta’ Aquilina.
Ghalhekk din il-Qorti qalet li jidhrilha ili Aquilina għandu jiġi trattat l-istess bhal Alberto Bafumi. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkonfiskat dak kollu li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħati u qalet li jekk b’mod immedjat ma jħallasx it-€23,000 multa dawn jiġu konfiskati f’sena ħabs, dan jgħodd ukoll anke fuq €4,000 spejjeż tal-Qorti.
//= $special ?>