Il-Ministru Micahel Farrugia ma weġibx fil-Parlament jekk il-Gvern hux se jagħmel jew jordna inkjesta jew investigazzjoni dwar każi li seħħew ta’ imwiet ta’ pazjenti ftit wara li kienu trasferiti minn Mater Dei għal San Vincenz de Paul.
B’dak li qal il-Ministru Farrugia fil-Parlament, jirriżulta li mhux se jkun qiegħed jitlob investigazzjoni jew inkjesta.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar talab lill-Ministru responsabbli mis-settur tal-anzjani, jispjega dwar każijiet li kienu rappurtati fil-gazzetta Malta Independent on Sunday, ta’ pazjenti li kienu trasferiti mill-Isptar Mater Dei lejn ir-residenza tal-anzjani, u mietu ftit wara.
It-tweġiba sarkastika tal-Ministru Michael Farrugia kienet li hu m’għandux id-don li jkun jaf meta jkunu se jmutu l-pazjenti jew residenti f’San Vincenz de Paul.
Mitlub mid-Deputat Nazjzonalista jwieġeb il-mistoqsija diretta hekk kif irrimark li ma kienx qed jistaqsi dwar ebda don tal-Ministru, il-Ministru Michael Farrrugia baqa’ ma jweġibx u ddikjara li hu mhux se jmeri x-xogħol tat-tobba u l-ispeċjalisti li jirrilaxxaw lill-pazjenti mill-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>