Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-kwistjoni tal-Cafe’ Premier u jgħid illi skont dak li qal il-Ministru Owen Bonnici, ma jirriżultax li l-Kabinett kien infurmat bil-laqgħa li kellu Muscat mas-sidien tal-Premier qabel l-elezzjoni ġenerali. F’aħbar oħra naraw id-dettalji tal-laqgħa li kellu l-Isqof Silvestro Magro mal-Papa Franġisku.
THE TIMES OF MALTA tieħu l-kummenti ta’ Mario Camilleri, wieħed mill-propjetarji tal-Cafe’ Premier. Camilleri qed jgħid li qatt ma ta donazzjonijiet lill-Partit Laburista.
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta kif il-Ministri Owen Bonnici u Edward Zammit Lewis iddefendew lil Muscat meta iffaċjati b’mistoqsijiet dwar dan l-iskandlu tal-Cafe’ Premier.
L-ORIZZONT b’aħbar illi tgħid li t-tibdil fil-liġi tad-droga se jidħlu fis-seħħ minn nofs April li ġej.
Il-gazzetta MALTA TODAY b’survey interessanti dwar ir-referendum fuq il-kaċċa. Tgħid illi l-kampanja tal-IVA hija b’saħħitha fiċ-ċentru tal-pajjiż u f’Għawdex. Fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, il-vot LE qed jiddomina, filwaqt li fin-naħa t’isfel il-kampanja tal-LE hija wkoll minn fuq b’punt perċentwali.
//= $special ?>