Internazzjonali

IL-LIBJA: Żewġ bjar taż-żejt f’idejn il-militanti Iżlamiċi

Militanti Iżlamiċi, aktarx alleati tal-ISIS fil-Libja, ħadu l-kontroll ta’ żewġ bjar taż-żejt fiċ-ċentru tal-Libja – dak ta’ al-Bahi u al-Mabruk.

Huma ħadu l-kontroll wara ġlied qalil. Ġlied fejn il-forzi li kienu qed igħassu l-bjar fl-aħħar kellhom jirtiraw wara li spiċċaw bla munizzjon.

Issa jidher li l-militanti alleati mal-ISIS qed javvanżaw lejn l-impjant taż-żejt ta’ al-Dahra wara li l-forzi għassa hemm irtiraw ukoll.