Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cauchi.
Hu miet għall-għarrieda fid-dar tiegħu f’Wied il-Għajn fl-eta’ ta’ 61 sena.
Cauchi daħal fil-Korp tal-Pulizija fil-21 ta’ Frar tal-1976 u kompla jservi sa ftit xhur ilu.
Fis-7 ta’ Lulju 2005, Cauchi ingħata midalja għas-Servizz twil u effiċjenti fil-Korp tal-Pulizija.
Maltarightnow.com jibgħat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Lawrence Cauchi
//= $special ?>