Lokali

Is-Serje Popolari You Can Read reġgħet magħna..

Jekk kbirtu fis-snin 1990, żgur familjari mal-jingle ta’ You Can Read!

Din is-serje tant popolari mat-tfal reġgħet magħna u qed tinbiegħ fuq DVD minn ħwienet tal-gazetti ewlenin madwar Malta u Għawdex. Ser ikun hemm edizzjoni ġdida kull ġimgħatejn u kull waħda tinbiegħ bħala sett ta’ magażine u DVD.

B’kollox ser ikun hemm tnax-il parti li ser tkun qed tesplora tema differenti b’mod interattiv, permezz ta’ klips animati u logħob. Is-serje hija ddiżinjata għal-tfal ta’ età 3-6 snin.

“Li nkattru mħabba lejn il-kotba hija parti essenzjali mid-dmirijiet ta’ ġenitur. Bħalissa, l-literiżżmu qed jitqies punt kruċjali f’pajjiżna u You Can Read jista’ jgħina ngħelbu din il-problema billi nsawru kultura ta’ qari qalb it-tfal tagħna,” qalet Emma Sullivan, Marketing Manager ta’ Miller.

L-ewwel DVD ta’ You Can Read ser jesplora t-tema tal-annimali. Jista’ jinxtara nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu għal prezz ta’ €5.99 mingħand aġenti ewlenin tal-gazetta f’Malta u Għawdex. You Can Read ser ikun fis suq kull ġimgħatejn.

Għal aktar tarif, ċemplu lil Miller fuq 21 66 44 88 jew żuru s-sit elettroniku www.millermalta.com. Tistgħu ukoll tibgħatu e-mail lil Madeleine Vella de Fremeaux (mvdf@millermalta.com) jew lil Tania Camilleri ( tc@millermalta.com).