Jannar 2007 – Ikechukwu Chibueze, plejer ta’ Mqabba F.C. jħossu ħażin u jmut wara attakk tal-qalb.
Ġunju 2014 – Attakk tal-qalb jaħsad il-ħajja ta’ ħuħ Basil Chibueze, plejer ta’ Marsa F.C.
Dawn huma biss żewġ episodji koroh li laqtu l-futbol lokali riċentament, b’żewġ plejers li mietu kawża ta’ attakk tal-qalb.
Fid-dawl ta’ dawn l-episodji, din is-sena, il-plejers tal-futbol lokali, sa minn eta’ żgħira, se jgawdu mill-Maratona tar-Roti li din is-sena tidħol fid-16-il edizzjoni tagħha.
Filfatt wara li s-sena li għaddiet kważi kull skola akkwistat defibrilator mill-flus miġbura waqt il-Maratona tar-Roti, din is-sena mhux biss se jingħata Defibriltor lill-iskejjel l-oħra imma wkoll akkademji tal-futbol, il-postijiet tad-duttrina u skejjel tal-arti jiggwadanjaw minn dan l-apparat mediku li jista’ jsalva l-ħajjiet.
Kienu dawn l-episodji tal-imwiet tal-aħwa Chibueze li wasslu biex din is-sena l-klabb ta’ Mqabba F.C. u l-Akkademja tal-klabb jipparteċipaw b’mod attiv fil-maratona ta’ din is-sena.
Filfatt nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu se jkun organizzat turnew għat-tfal fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena li fih se jieħdu sehem numru ta’ klabbs differenti.
Matul l-attivita’ se jattendi wkoll leks plejer internazzjonali Arġentin u ta’ Inter, Ivan Cordoba.
Dan minbarra li f’Malta se jattendi wkoll l-eks plejer ta’ Inter Felice Natalino, li sfortunatament kellu jirtira fl-eta’ ta’ 21 sena minħabba problemi f’qalbu.
Il-maratona ta’ din is-sena se ssir bejn il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta’ Marzu.
//= $special ?>