Is-sid tal-isptar St James Josie Muscat ma jinnegax aħbar żvelata fuq is-sit MaltaRightNow.com
Sorsi kkonfermaw li l-isptar St. James inbiegħ lil kumpanija Amerikana, kif diġa’ kien ġie żvelat minn dan is-sit fi storja ppubblikata ilbieraħ.
Ilbierah filgħaxija, dan is-sit żvela li kellu jitħabbar li l-isptar St.James se jinbiegħ lil kumpanija Amerikana.
F’kummenti ma’ MaltaRightNow.com, it-Tabib Josie Muscat, sid l-isptar, ikkonferma li bħalissa għaddejin negozjati fl-aktar stadji avvanzati, filwaqt li ma nnega l-ebda informazzjoni kif żvelata fuq is-sit MaltaRightNow.com.
It-Tlieta filgħaxija, t-tabib Josie Muscat sejjaħ laqgħa għat-tmexxija u l-uffiċjali għoljin ta’ Capua St. James u għarrafhom li l-binja ta’ Capua u l-isptar St. James se jinbiegħu lill-kumpanija Amerikana. Jirriżulta li Dr. Muscat se jżomm l-isptar ta’ Ħaż-Żabbar, iżda minħabba li biegħ l-isem tal-kumpanija, l-isem se jinbidel minn St. James għal sptar Santa Marija.
L-isptar St. James beda jopera fl-1984 u fl-2002 sar parti minn St. James Hospital Group, kumpanija li kellha sptarijiet f’Malta, fil-Libja u fl-Ungerija.
Fi stqarrija Saint James Hospital International, il-kumpanija responsabbli mill-isptarijiet St.James barra minn Malta, ċaħdet rapporti li dehru f’midja ohra lokali (mhux fuq maltarightnow.com) li l-operazzjonijiet kummerċjali fil-Libja kienu ta piż fuq dawk ta’ Malta u li din waslet għal bejgħ imminenti tal-isptar St James Capua.
//= $special ?>