Lokali

Muscat jgħid li ltaqa’ ma’ Mario Camilleri darbtejn…Camilleri jgħid li tliet darbiet

F’intervista li ħarġet illum f’THE TIMES OF MALTA, is-sid tal-Cafe’ Premier Mario Camilleri jgħid li hu ltaqa’ tliet darbiet ma’ Joseph Muscat qabel l-elezzjoni, u mhux darbtejn. Dan jikkuntrasta mal-verżjoni mogħtija mill-Prim Ministru.

Fil-kummenti ppubblikati minn dan il-ġurnal, Mario Camilleri ma jispjegax għaliex għalaq il-Cafe’ Premier eżatt l-għada tar-rebħa laburista fl-2013.