Fi żmien tliet snin, Simon Busuttil se jkun għadma iebsa għal Joseph Muscat hekk kif joħroġ iktar il-potenzjal tiegħu bħala kap politiku.
Is-soċjologu Andrew Azzopardi, f’artiklu fil-ġurnal The Malta Independent, faħħar lil Simon Busuttil bħala politiku u Kap tal-Oppożizzjoni hekk kif irrifletta fuq l-aħħar sentejn fil-politika Maltija.
Andrew Azzopardi faħħar lill-Kap tal-PN talli indirizza s-sitwazzjoni finanzarja fi ħdan il-partit, talli bidel l-uċuħ tal-PN u li beda juża aħjar id-Dar Ċentrali. Fl-istess ħin, semma’ b’mod pożittiv ir-rijorganizzazzjoni fi ħdan il-partit u l-media, u l-mod ta’ kif indirizza nuqqasijiet tal-Gvern Laburista.
Għalkemm wera l-opinjoni li t-triq għadha għat-telgħa, Azzopardi qal li Busuttil irnexxielu jibni struttura ta’ suċċess madwaru u li l-kritika li għamel direttament permezz tal-media soċjali, fosthom Twitter, dwar numru ta’ suġġetti ġiegħlu lill-Gvern Laburista jbiddel ir-rotta.
Fl-aħħarnett, qal li l-agħar ħaġa li l-Partit Laburista jista’ jagħmel hu li jissottovaluta lil Simon Busuttil, li sal-elezzjoni ġenerali li jmiss jantiċipa li se joffri alternattiva tajba għal Joseph Muscat.
//= $special ?>