Futbol Sport

St. George’s iridu jħallsu €780 lil Sevasta wara li rebħu l-appell

L-appell ta’ St. George’s fil-każ tal-plejer Emanuel Sevasta intlaqa’, biex issa l-klabb irid iħallas is-somma ta’ €780 u mhux €2,600 kif kien qed jitlob il-plejer.

Il-ħlas irid isir sal-bidu ta’ April inkella titpoġġa projbizzjoni b’rabta ma’ ċaqlieq ta’ plejers mill-klabb.

Kelliem għall-klabb fakkar li fl-istorja tagħhom Bormla qatt ma kellhom projbizzjoni u ankè f’dan il-każ se jkunu qed iħallsu l-ammont dovut fil-ħin.

Fid-deċiżjoni oriġinali tiegħu, il-Complaints Board tal-MFA iddeċieda li l-klabb tal-Ewwel Diviżjoni għandu jħallas l-ammont ta’ €2,600 ewro lil Sevasta; maqsum fuq 1,800 ewro għall-istaġun 2013/14 u €800 oħra għall-perjodu ta’ bejn Settembru u Diċembru li għadda.

Replay (Net Television) ilu jsegwi dan il-każ sa mill-bidu.