Internazzjonali

Traġedja f’minjiera tal-faħam fl-Ukrajna

Mill-inqas 33 persuna mietu wara splużjoni tal-gass f’minjiera tal-faħam fil-Lvant tal-Ukrajna. L-isplużjoni seħħet f’zona kkontrollata mir-ribelli u hemm 30 ħaddiem ieħor li huma maqbuda taħt l-art.
Kien hemm ukoll 14-il ħaddiem ieħor li ndarbu fl-isplużjoni li seħħet fil-minjiera ta’ Zasyadko – l-istess post fejn tmien snin ilu kienet seħħet l-agħar traġedja f’minjiera fl-Ukrajna, li fiha 101 persuna kienu tilfu ħajjithom.
Hemm tħassib fost il-popolazzjoni lokali li r-ribelli m’għandhomx il-mezzi biex isalvaw lill-ħaddiema. Fl-isfond ta’ dan, il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko talab li jitħalla jibgħat nies speċjalizzati lejn il-minjiera biex isalvaw lil dawk maqbuda ġewwa.