Għawdex Lokali

Aġġornata: “Victor għadu magħna” – il-Familja Galea Pace twieġeb xnigħat li daru fuq siti soċjali

Il-Familja Galea Pace għadha qed tgawdi lil Victor, minkejja xnigħat li daru fuq siti soċjali. Din kienet ir-reazzjoni għal dak li tħabbar fil-ħinijiet li għaddew.

Qraba tal-eks Deputat Nazzjonalista għamlu kuntatt ma’ MaltaRightNow.com biex jikkjarifikaw dak li tħabbar.

L-aħbar kienet irrapportata minn MaltaRightNow.com u Radio 101 wara li kienu persuni qrib Victor li l-ewwel tellgħu messaġġ biex isellmu lill-eks Deputat elett f’isem Għawdex.

Madankollu, diversi messaġġi li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali tneħħew wara li l-aħbar kienet irrappurtata mill-media tagħna minħabba li fortunatament Victor Galea Pace għadu magħna.