Internazzjonali

Ajruplan tal-passiġġieri jiżgiċċa mill-mitjar fost l-inżul tal-borra

Ajruplan tal-passiġġieri żgiċċa mill-mitjar fl-ajruport ta’ LaGuardia, fil-Belt ta’ New York, waqt titjira interna.

L-inċident seħħ fost l-inżul qawwi tal-borra, b’ritratti tal-istampa lokali juru l-ajruplan — tat-tip ‘Delta MD-88’ — f’inħawi lejn il-perimetru tal-ajruport.

Mifhum li t-titjira inkwistjoni niżlet f’LaGuardia wara li kienet telqet minn Atlanta; bil-passiġġieri, aktar tard, jitniżżlu mill-ajruplan permezz tal-‘aircraft slides’.

L-uffiċjali tal-ajruport qalu li ma daħlux rapporti ta’ midruba.