Internazzjonali

Attakkat l-Ambaxxatur Amerikan f’Seoul

Mark Lippert, l-Ambaxxatur Amerikan għall-Korea t’Isfel, kellu jiddaħħal l-isptar wara li kien attakkat b’sikkina minn raġel Korean. Attakk li fiħ Lippert, li għandu 42 sena, ingħata daqqiet ta’ sikkina f’wiċċu u idu iżda mhux f’kundizzjoni gravi.
Jidher li l-attakk, waqt laqgħa fil-kapitali tal-Korea t’Isfel Seoul, kien motivat mit-tensjoni li hemm bejn iż-żewġ Korei. Ir-raġel,Kim Ki-jong, li wettaq l-attakk kien arrestat fil-post.