Borussia Dortmund ħadu l-aħbar tajba li l-injury tal-playmaker tagħhom Marco Reus m’hijiex waħda gravi. Tard it-Tlieta filgħaxija, f’partita valida mit-tazza domestika kontra Dynamo Dresden weġġa’ l-għaksa u kellu jkun mibdul. Għall-bidu kien hemm spekulazzjonijiet li Reus kein se jerġa’ jkollu jdum diversi ġimgħat barra bħal ma kien għamel lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.
Wara t-testijiet mediċi li saru fuq Reus ġie żvelat li l-injury tiegħu m’hijiex waħda gravi u jista’ saħanistra jkun disponibbli għal logħba ta’ nhar is-Sibt kontra Hamburg. Din l-aħbar tfisser li Reus se jkun disponibbli għal logħba tant mistennija, tat-18 ta’ Marzu kontra Juventus. Din il-logħba hi t-tieni leg mill-fażi tal-aħħar 16 taċ-Champions League. Juventus kienu rebħu l-ewwel leg 2-1.
Reus dan l-istaġun qed ikollu wirjiet mill-aqwa u s’issa skurja 11-il gowl.
//= $special ?>