Suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta lbieraħ weġġa’ waqt li kien qed isir taħriġ fil-Barracks ta’ Ħal-Safi kontra t-terroriżmu.
F’dan il-filmat, li kien mxandar fuq youtube, jidher l-eżercizzju li kienu qed jagħmlu s-suldati tal-iskwadra kontra l-irvellijiet, b’suldat minnhom jidher isofri ħruq meta n-nar tal-“molotov cocktail” li kien qed iżomm tela’ ma’ wiccu.
Fortunatament fil-ħin tal-inċident kien hemm suldat ieħor b’fire extinguisher f’każ ta’ emergenza u malajr tefa’ n-nar li kellu fuqu is-suldat, biex b’hekk evitaw li l-incident ikun wiehed ferm aktar serju.
L-AFM qed tistħarreġ aktar mill-qrib x’wassal għal dan l-incident.
//= $special ?>