Internazzjonali

Fl-inkwiet għal kummenti ta’ rabja fuq Facebook

Amerikan li qed jgħix barra pajjiżu spiċċa arrestat fl-Emirati Għarab għall-kummenti li kiteb fuq Facebook waqt li kien qiegħed fl-Istati Uniti u li saru ‘fis-saħna tal-mument’.

Ryan Pate, mekkanik li jaħdem fuq il-manutenzjoni tal-helicopters, kiteb dawn il-kummenti  fi Florida u ftit wara li kellu argument sħun mal-ażjenda li jaħdem magħha ( il-Global Aerospace Logistics (Gal)) rigward il-leave tal-mard.

Intant, Pate spiċċa arrestat ftit wara li wasal lura f’Abu Dhabi u qed ikun akkużat li abbuża l-liġijiet stretti tal-Emirati Għarab li jirrigwardaw sitwazzjonijiet ta’ malafama fuq l-Internet.

Mifhum li Ryan Pate se jibda jkun ipproċessat bil-qorti fis-17 ta’ Marzu. Jekk jinstab ħati, l-Amerikan jista’ jeħel sa ħames snin ħabs minbarra ‘multa qawwija’.